Internazzjonali

L-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa: il-kriżi tal-Ebola hija ferm agħar milli kienet maħsuba

L-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li l-kriżi tal-Ebola hija ferm agħar milli kienet maħsuba s’ssa, u dan hekk kif in-numru ta’ dawk li mietu konsegwenza ta’ din il-marda huwa ta’ 1,069.

Kollox ra l-bidu tiegħu fi Frar li għadda fil-Guinea, u f’temp ta’ ftit xhur infirxet fil-Liberja, Sierra Leone u n-Niġerja. L-Organizzazjoni qed isostni li r-riskju li l-Ebola tiġi trasmessa permezz ta’ vjaġġar bl-ajru huwa minimu, peress li l-marda mhijiex preżenti fl-arja.