Lokali

Marie Louise Coleiro Preca għalqet il-wirja agrarja tal-biedja u snajja li saret f’Villa Rundle f’Għawdex

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għalqet il-wirja agrarja tal-biedja u snajja li saret f’Villa Rundle f’Għawdex. Il-wirja ġabret prodotti minn numru t’eżebituri tal-Industrija, jigifieri taqsima 11, 12 u 13.

It-tlett sezzonijiet jinkludu prodotti bħal għasel u tadam, bizzilla, rakkmu, suf u xogħol tal-idejn bħal xogħol fuq il-ġebla, injam u pitturi. Il-wirja giet organzizata mis-Soċjeta’ Agrikola Industrijali u Kulturali Għawdxija fil-ħin għall-festa ta’ Santa Marija.

Fi tmiem l-attivita’ tqassmu wkoll numru ta’ premijiet mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, li tenna li f’din il-wirja wieħed jara l-għarfien tal-prodotti friski u ġenwini magħmulin fil-gżira Għawdxija.