Fil-musical ‘Sebaħ Jum’, li qed jittella’ mill-Partit Nazzjonalista bħala parti mill-attivitajiet biex ifakkru l-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta, Philip Vella u Charles Stroud qed jieħdu ħsieb l-orkestrazzjoni u d-direzzjoni tal-musical rispettivament.
Philip Vella fisser ir-rwol tiegħu f’din il-produzzjoni artistika.
Philip Vella spjega fi kliem ieħor li qed isir xogħol ta’ orkestrazzjoni.
Charles Stroud qed jieħu ħsieb id-direzzjoni tal-musical kollu – jiġifieri tad-dwal, tal-grafika, tal-kostumi tal-atturi, tal-mużika, taż-żfin u ta’ kull aspett kreattiv ieħor.
Hu żied li hemm orkestrazzjoni sħiħa ta’ ħafna elementi kulturali.
Ma jonqosx l-aspett artistiku, jiġifieri x-xenarju, il-kuluri tad-dwal, il-kostumi magħżula u l-art direction. Hemm ukoll l-aspett mużikali, li mhux biss jitla’ kantant u jinterpreta kanzunetta iżda hemm is-sens tagħha.
//= $special ?>

