Internazzjonali

Protesti f’Iżrael biex jitwaqqaf il-ġlied

Madwar għaxart elef Iżraeljan niżlu jipprotestaw f’Tel Aviv, b’appelli lil Gvern u l-Armata sabiex jwaqfu darba għal dejjem l-attakki mill-ajru fuq Gaza. Din kienet l-ewwel dimostrazzjoni daqstant ta’ importanza fl-Iżrael, minn mindu l-pajjiż daħal fi gwerra mal-Hamas fit-8 ta’ Lulju.

Issa iż-żewg naħat qablu li josservaw waqfien mill-ġlied ta’ ħamest ijiem.