Internazzjonali

Truppi Ukreni jiftħu n-nar fuq vetturi armati Russi

Kien hemm eskalazzjoni serja fil-kriżi Ukrena. Dan wara li truppi Ukreni fetħu n-nar fuq konvoj ta’ vetturi armati Russi li qasmu l-fruntiera bejn iż-żewg pajjiżi.

Skont uffiċjali Ukreni, diversi vetturi Russi nqerdu hekk kif infetaħ in-nar fuqhom. Dan kien l-ewwel konfront dirett bejn it-truppi taż-żewg pajjiżi minn mindu bdiet din il-kriżi.