Lokali

Wieħed u għoxrin persuna jinqabdu bid-droga waqt party fir-Rabat

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Il-Ħamis filgħaxija l-iskwadra kontra d-droga arrestat wieħed u għoxrin persuna party fir-Rabat, Malta. Sbatax ir-raġel u erbgħa nisa, bl-eta bejn 18-33 sena instabu fil-pussess tal-eroina, kokajina, ecstasy u l-kannabis.

Skont il-pulizija dawn jgħixu Ħaż-Żabbar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ, Raħal Ġdid, il-Gżira, Ħal-Qormi, San Ġwann, Tas-Sliema, u San Ġiljan. Filwaqt li dawk barranin huma ta’ nazzjonalita Rumena, Taljana, Franċiża, Ċeka, Brittanika u Libjana.

Raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar u raġel ieħor minn Ħal-Qormi qed jiġu investigati li traffikaw ecstasy u l-kokajina rispettivament.

Il-Pulizija ser tkompli tinvestiga dan il-każ.