L-istorja tal-konvoj ta’ Santa Marija tibqa’ tinkiteb. Flimkien mad-diversi kotba li nħarġu dwar l-istorja ta’ dan l-avveniment imporanti fl-istorja tal-poplu Malti fil-perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-ktieb ‘The Santa Marija Convoy – The fate of a nation’.
Dan il-ktieb, produzzjoni ta’ Kite Producitons, jinkludi d-dettalji kollha tal-vapuri li telqu lejn Malta, inkluż ta’ dawk il-vapuri li ġew mgħarrqa fil-vjaġġ minhabba l-attakki tal-għadu.
Il-ktieb jinkludi wkoll 27 illustrazzjoni tal-artist Raymond Agius li pinġa kull vapur li kien fil-konvoj.
In-narrattiva saret mill-ġurnalista Christine L.Dvonch li titratta d-destin tas-27 vapur u ajruplan. Il-ktieb, li għandu daħla ta’ Peter C.Smith, jinkludi wkoll rittratti mill-Imperial War Museum.
Smith hu awtorita’ dwar Operational Pedestal u ppubblika iktar minn 70 ktieb dwar l-istorja navali u tal-gwerra.
Id-daħla tal-ktieb tinkludi analżi dwar l-esperjenzi tal-Maltin tul il-gwerra flimkien mal-qlubija li dawn in-nies urew.
Filwaqt li għandu jkun ta’ interess mill-aspett storiku, il-ktieb għandu jinteressa wkoll lil dawk li jħobbu l-arti għall-fatt li l-illustrazzjonijiet li fih qatt ma ġew pubblikati qabel. L-illustrazzjonijiet iwasslu lill-qarrej dak li kien qed iseħħ kemm fl-ajru kif ukoll fil-baħar waqt dan l-avveniment uniku u ta’ tant importanza għall-istorja ta’ Malta.
//= $special ?>