Lokali

Del Potro se jitlef il-US Open

It-tennista Arġentin Juan Martin Del Potro se jitlef il-US Open minħabba injury fil-polz. Del Potro, li kien rebaħ dan it-titlu fl-2009 tilef diversi turnaments minħabba ħafna injuries u din is-sena reġa’ beda jħoss uġiegħ fil-polz f’Jannar li għadda waqt l-Open Awstraljan. Fi Frar li għadda irtira minn turnament f’Dubaj u ma ħax sehem fl-Indian Wells u f’Miami.

F’Marzu ġie operat u Del Potro kien qed jittama li jilħaq jieħu sehem f’dan il-Grand Slam li jibda fil-25 ta’ Awwissu u li jintemm fit-8 ta’ Settembru. Attwalment Del Potro jinsab fil-11-il post f’dawk li huma rankings mondjali.