Grupp ieħor ta’ ħaddiema barranin tal-kumpanija Koreana Daewoo Logistics kien evakwat mill-Libja illum abbord katamaran tal-Virtu Ferries.
Il-Katamaran San Ġwann, ħalla l-port ta’ Zuwaytinah, fil-Lbiċ ta’ Benghazi għall-ħabta tat-tmienja ta’ dalgħodu b’289 persuna abbord.
Il-Katamaran mistenni jasal fil-Port il-Kbir llejla għall-ħabta tad-9 ta’ filgħaxija fejn min hemm, il-ħaddiema se jkunu trasferiti immedjatament għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jaqbdu titjiriet matul il-lejl.
Din hi t-tieni evakwazzjoni minn Benghazi fi spazju ta’ ftit jiem organizzat mill-kumpanija Daewoo Logistics.
Fil-fatt, il-Ħamis li għadda, l-istess kumpanija kriet il-katamaran San Ġwann sabiex tevakwa iktar minn 300 ħaddiem.
//= $special ?>