Futbol Sport

Jirtira minn mal-Ġermanja

Wara li ħabbru li se jirtiraw minn mat-tim nazzjonali Ġermaniż il-captain Philipp Lahm u l-attakkant Miroslav Klose, tard il-Ġimgħa filgħaxija kien imiss lid-difensur Per Mertesacker biex jirtira minn mat-tim li għadu kemm rebaħ it-Tazza tad-Dinja.

L-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali fil-fatt kienet il-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Arġentina.

“Wara karriera ta’ 10 snin nemmen li wasal il-mument ġust biex intemm il-karriera tiegħi minn mat-tim nazzjonali,” qal Mertesacker. Dan tal-aħħar issa se jkun qed jiffoka fuq il-klabb tiegħu Arsenal.

Bla dubju il-fatt li irtiraw tliet plejers daqstant importanti fit-tim Ġermaniż ifisser li l-kowċ Joachim Low se jkollu jsib min jimla l-vojt tagħhom biex f’Settembru li ġej il-Ġermanja tibda l-impenji tagħha fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej.