L-ISTATI UNITI: Il-Pulizija fl-Istat ta’ Missouri reġgħu ikkonfrontaw id-dimostranti mgħaddbin, fost it-tensjoni kontinwa li ilha għaddejja mindu żgħażugħ iswed spiċċa maqtul mill-pulizija fl-inħawi ta’ Ferguson.
Minkejja li l-familja tal-mejjet talbet biex in-nies jibqgħu kalmi, id-dimostranti tefgħu il-ġebel u l-fliexken lejn il-pulizija, li, min-naħa tagħhom, irreaġew bl-isparar tal-gass tad-dmugħ u l-pepper spray.
Id-dimostranti anki serqu l-oġġetti mill-istabbilimenti, bl-aħħar inkwiet iseħħ fiz-zona ta’ ħanut li deher fuq filmat li kienu ħarġu l-pulizija biex juru li r-raġel maqtul, li kien jismu Michael Brown, kien, fil-fatt, suspettat f’attentat ta’ serq.
//= $special ?>

