L-ISKOZJA: L-Ewwel Ministru Skoċċiż, Alex Salmond, qed iqis il-kummenti li għamel il-Prim Ministru Awstraljan, Tony Abbott, rigward l-indipendenza potenzjali tal-Iskozja bħala kliem offensiv u li jinkludi ‘element ta’ ipokrezija’. Dan wara li Abbott kien sostna li ‘hu isibha diffiċli biex jara kif id-dinja tista’ tiggwadanja minn pajjiż tal-Iskozja indipendenti’.
Abbott qal ukoll li dawk in-nies li jridu jaraw lir-Renju Unit jinqasam ‘m’humiex il-vera ħbieb tal-liberta jew tal-ġustizzja’. Intant. Alex Salmond sostna li l-Prim Ministru Awstraljan kien qed jinsulta lill-Iskoċċiżi b’dan il-kliem partikolari.
Il-votanti fl-Iskozja, fit-18 ta’ Settembru li ġej, jivvutaw dwar jekk huma iridux ikomplu jiffurmaw parti mir-Renju Unit inkella jekk, minflok, iridux jiffaċċjaw il-futur bħala Stat indipendenti.
//= $special ?>

