Il-Franċiż Mahiedine Mekhissi-Benabbad ġie skwalifikat wara li rebaħ il-finali tal-iSteeplechase għaliex neħħa l-flokk hekk kif kien se jaqsam il-linja finali. Hekk kif Mekhissi-Benabbad kien riesaq lejn l-aħħar 100 metru u induna li kellu vantaġġ sostanzjali neħħa l-flokk, tefgħu f’ħalqu u kompla għaddej sakemm rebaħ it-tellieqa.
L-ewwel Mekhissi-Benabbad ġie imwissi mill-uffiċjali iżda wara protest ta’ Spanja, l-midalja li rebaħ Mekhissi-Benabbad ġiet irtirata u b’hekk Yoann Kowal rebaħ id-deheb filwaqt li l-Pollakk Krystian Zalewski u l-iSpanjol Angel Mullera rebħu l-fidda u l-bronz rispettivament.
“Meta neħħejt il-flokk fl-aħħar metri għamilt dan għax kont ferħan. Ma kontx naf li se niġi imwissi għalhekk,” qal Mekhissi-Benabbad wara li spiċċat it-tellieqa. Sieħbu Kowal iddefenda lil Mekhissi-Benabbad u qal li b’dak li għamel ma weġġa’ lil ħadd u d-deċiżjoni kienet waħda ħarxa.
//= $special ?>