Futbol Sport

Birkirkara jibdew b’rebħa

BIRKIRKARA…………..2
PIETA H…………………….1

Birkirkara bdew l-isfida tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat meta kisbu b’rebħa ta’ 2-1 fuq it-tim neo-promoss ta’ Pieta Hotspurs. Minkejja li B’Kara rebħu l-konfront ir-riżultat ma jagħtix stampa ċara ta’ dak li verament ġara tul id-90 minuta.

L-ewwel taqsima kienet nieqsa minn azzjonijiet denja ta’ nota fejn B’Kara kellhom pussess kontinwu tal-ballun u Hotspurs kollha wara l-ballun jistennew lill-avversarji.

Pieta ma kinux f’periklu serju fl-ewwel taqsima għax għalqu tajjeb l-ispazji kollha u minkejja li Birkirkara kienu l ħin kollu fl-attakk bdew isibuha diffiċli li jippenetraw.

Fl-ewwel minuti Birkirkara kienu perikolużi b’daqqa ta’ ras ta’ Bissi tmur barra u wara kien xutt b’saħħtu ta’ Scicluna li mar barra. Mal-kwarta logħob Cassar ħareġ tajjeb biex antiċipa lil Herrera wara cross perikoluż ta’ Ryan Camenzuli.

Fis-27 minuta Bissi falla tentattiv bir-ras minn qagħda tajba iżda fl-40 minuta Birkirkara kienu ippremjati meta LEDESMA spara xutt wara konfużjoni quddiem il-lasta ta’ Pieta bil-ballun jispiċċa fix-xibka.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Pieta spiċċaw b’10 meta Rafael Xavier Zacarias deher jixxuttja lil Camenzuli meta l-logħob kien wieqaf u ġie muri karta ħamra.

B’hekk, Pieta kienu f’iktar diffikulta hekk kif Birkirkara bdew iżidu l-isforzi biex isibu t-tieni gowl. Dawn resqu qrib b’rovexxata ta’ Costa Marais u xutt ta’ Bissi li kien salvat b’diffikulta minn Cassar. Birkirkara kienu sfortunati fit-58 minuta meta freekick ta’ Ledesma ħabat mal-wieqfa.

Kwarta mit-tmiem Birkirkara għalqu l-logħba meta Zach Muscat qassam lejn COSTA MARAIS li mill-viċin xeħet fix-xibka.
Fid-90 minuta wasal gowl ta’ konsolazzjoni għal Pieta, gowl li kien skurjat minn CAIN ATTARD li approfitta minn inċertezza fid-difiża tal-Istripes avversarja.

B’Kara: J. Haber, M. Bissi, E. Costa Morais, N. Vukanac, R. Rodriguez Ledesma, E. dos Santos Gonzaga , P. Fenech, Z. Muscat, R. Scicluna, E. Herrera, R. Camenzuli.

Sost- Borg minflok Costa Morias, Zammit minflok Gonzaga, Grech minflok Herrera
Pieta` H: D. Cassar, C. Attard, C. Grech, L. Fortunato dos Santos, J. Pisani, T. Agius, R. Rodrigues da Silva, M. Licari, R. Xavier Zacarias, D. Agius.

Sost – Pace Cooks minflok da Silva, Cassar minflok Licari, Micallef minflok Agius

Tkeċċa: R. X. Zacarias (P)
Imwissija: R. Scicluna, D. Agius, P. Fenech,
Skurjaw: R. Ledesma (B), E. Costa Marais, C. Attard

Referee: P. Farrugia.

Il-mument plejer tal-logħba – R. Ledesma