Wara li l-Knisja nhar il-Ġimgħa, iċċelebrat il-Festa tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija f’seba’ parroċċi, sitta f’Malta u waħda f’Għawdex, il-Ħadd kienet iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli.
Il-Ħadd filgħodu saret konċelebrazzjoni solenni ta’ Jum il-Festa mill-Isqof Awżiljarju ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, Monsinjur George Frendo. Il-paniġierku ntiseġ mill-Arċipriet tax-Xagħra, Għawdex Monsinjur Carmelo Refalo.
Filgħaxija mbagħad, il-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija, akkumpanjata mill-Banda Peace tan-Naxxar.
Minbarra f’Ħad-Dingli, f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex wkoll kienet iċċelebrata l-Festa ta’ l-Assunta, f’diversi kappelli, fosthom dik f’Ħal Xluq, limiti tas-Siġġiewi.
Iċ-ċelebrazzjonijiet marbutin mal-Festa ta’ l-Assunta, ikomplu nhar il-Ħadd, b’festa fl-Imġarr u oħra fiż-Żebbuġ, Għawdex.
Barra minn hekk, kull sena f’Santa Marija, jitfakkar il-Konvoj, fejn vapuri merkantili mimliji ikel u provvisti essenzjali oħrajn, irnexxielhom jidħlu fil-Port il-Kbir wara attakki qliel mill-għadu.
//= $special ?>