Floriana…………………….0
Hibernians…………………3
Hibernians bdew l-istaġun il-ġdid fuq nota pożittiva meta bi prestazzjoni tajba għelbu lil Floriana bi skor ta’ 3-0.
Il-Pawlisti, immexxija minn Branko Nisevic, taw prova tal-potenzjal tagħhom għal dan l-istaġun fejn ir-ritorn ta’ Rodolfo Soares u Marcelo Dias, li kienu ħallew
temporanjament il-klabb f’Jannar li għadda, ħallew il-frott mixtieq. Ma’ dawn kien hemm l-impatt immedjat tal-akkwisti ġodda Jorginho, Rui Gomes u Henry Bonello b’dan tal-aħħar jittama li jkompli fuq il-leġġenda ta’ missieru John Bonello li iddefenda l-lasti ta’ Hibernians għal 18-il sena. Fl-attakk Pawlist kien hemm nieqes Jean Paul Farrugia li għal dan l-istaġun se jilgħab fl-Islovakkja.
Għal Floriana, taħt il-gwida ta’ Giovanni Tedesco, iddebuttaw il-barranin Marcellina Emerson, Matteo Picciollo u Vito Plut li iżda ftit li xejn għenu fil-kawża tat-tim li kellu wirja deludenti. Igor Coronado tħalla fuq il-bank għal raġunijiet fiżiċi filwaqt li l-ex-plejer ta’ Hibernians Steve Pisani kien sospiż.
Hibernians skorjaw l-ewwel gowl tal-staġun fil-25 minuta permezz tad-debuttant JORGINHO li wara li avvanza għaddda l-ballun minn taħt Mintoff u ta indikazzjoni li se jkompli fejn ħalla bil-flokk ta’ Qormi.
Ħames minuti wara, freekick tipiku ta’ Clayton FAILLA bix-xellug spiċċa fir-rokna tax-xibka għall-vantaġġ doppju għal Hibernians wara nofs siegħa logħob.
Malli qabżu s-siegħa logħob, il-kowċ Nisevic ta ċ-ċans lill-gowlkiper veteran Mario Muscat jagħmel dehra oħra fil-Premier biex issa resaq biss logħba bogħod minn 500 waħda fil-Premier fost iċ-ċapċip u kant ta’ ringrazzjament mill-partitarji tiegħu.
Ftit wara, minn freekick, Failla din id-darba ddeċieda li jagħti għan-nofs lejn Johann BEZZINA li kellu l-ħin kollu biex jikkarga xutt b’saħħtu li Mintoff ma rnexxilux iżomm għat-tielet gowl Pawlist.
Hibernians baqgħu jiddominaw anki wara t-tielet gowl meta Cohen kellu freekick dirett milqugħ minn Mintoff u s-sostitut Lima laqat il-lasta b’xutt minn barra l-kaxxa.
Is-suffara finali ħalliet lill-Pawlisti kuntenti jaraw lit-tim tagħhom li b’wirjiet bħal dawn kapaċi jerġa’ jikkompeti għar-rebħ tat-titlu bil-Furjaniżi diżappunatati li l-paġna ġdida donnha għadha ma nqalbitx.
Floriana: S. Mintoff, J. Borg, A. Scicluna, M. Emerson, S. Bonnici, S. Borg. B. Farrugia. C. Borg, G. Muir, M. Picciollo, V. Plut
Sost- Baldacchino minflok Bonnici, Galea minflok Borg, Coronado minflok Emerson
Hibs:H. Bonello, K. Tanti, R. Soares, R. Gomes, M. Dias, C. Failla, B. Kristensen, J. Bezzina, A. Cohen, Tarabai, Jorginho
Sost- Muscat minflok Bonello, Tabone Desira minflok Bezzina, Lima minflok Dias
Skurjaw: Jorginho (25 min.), C. Failla (30 min.), J. Bezzina (66 min.) (H)
Imwissija: M. Emerson, A. Scicluna, S. Bonnici, B. Farrugia (F)
Referee: Adrian Azzopardi
il-mument Plejer tal-logħba – C. Failla (H)
//= $special ?>

