‘Kamp Sajf’ hi attivita’ li qed tkun organizzata miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika ta’ Malta fil-Kulleġġ Santa Margerita f’Bormla, mil-lum sal-Ħadd li ġej.
Matul dawn il-jiem, tfal u żgħażagħ bejn l-10 snin u l-20 sena, qed jesperjenzaw il-ġid li ħareg mill-Jum Dinji għaż-Żgħażagħ fejn il-Papa Franġisku kien saħaq dwar il-faqar fl-ispirtu.
Fi kliem ieħor, iż-żgħażagħ qed jitgħallmu jgħixu l-umilta’ filwaqt li jintegraw ma’ ħaddieħor f’atmosfera ta’ ferħ.
//= $special ?>