Hekk kif ix-xahar t’Awwissu ġab miegħu temperaturi għoljin ħafna, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tal-Mediċina l-MMSA fi stqarrija fakkret lill-pubbliku dwar il-prekawzjonijiet li wieħed jista’ jieħu biex jilqa’ għal din is-sħana.
L-Assoċjazzjoni tgħid li, biex wieħed jipprevjeni l-possibbilita ta’ kancer fil-ġilda, wieħed irid jieħu numru ta’ prekawzjonijiet.
Fost dawn li persuna ma toqgħodx fix-xemx bejn l-10am u l-4pm u l-ħtiega li wieħed jilbes ħwejjeg li jipprotegu mix-xemx bħal kappell, nuċċali tax-xemx u ħwejjeg friski.
L-istqarrija tfakkar fil-ħtiega li s-sunscreen jiġi applikat kull sagħtejn meta persuna tkun qiegħda fix-xemx. L-MMSA tfakkar ukoll fl-importanza li persuna tixrob ilma kiesaħ b’mod regolari u tiekol ikel ħafif bħala frott u ħaxix.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tal-Mediċina nidiet il-kampanja ‘Beat the Burn’ li fiha qed torganizza numru ta’ attivitajiet li jkomplu jkabbru l-għarfien dwar l-importanza li wieħed jipproteġi ruħu mill-qawwa tax-xemx.
//= $special ?>