Sliema Frank Salt……..12
Neptunes Grimaldi……15
(1-5),(3-4),(3-3),(5-3)
Neptunes Grimaldi rebħu n-knock out ukoll meta għelbu lil Sliema Frank Salt 15-12 b’wirja ta’ klassi. Iċ-Champions ħasdu lil Sliema fl-ewwel sessjoni b’erba’ gowls wara xulxin u minn hemm ikkontrollaw il-logħba.
It-tim tal-Balluta kien kompatt bit-tandem Steve Camilleri u Tamas Molnar jiddominaw l-ewwel żewġ sessjonijiet u jmexxu lit-tim biex flimkien ma’ Biros, Lanzon, Camilleri, Stellini u Borg Cole jikkumplimentaw u jżidu l-kwalita’. Minn naħa tas-Slimiżi stenbħu tard wara ħasda inizjali għaliex bdew isibuha diffiċli jinfdu d-difiża tal-avversarji.
Punti pożittivi fil-partita kienu l-briju tal-partitarji u l-kontroll tajjeb tar-referees.
Kienu Sliema li fetħu l-iskor minn Meli iżda Neptunes splodew u skorjaw ħames darbiet minn Steve Camilleri (3) u Molnar (2).
Camilleri komplew iżidu l-iskor u kabbru l-vantaġġ għal ħames gowls.
Minkejja li t-tielet sessjoni spiċċat f’parita’, Neptunes komplew fil-kmand tal-partita bis-Slimiżi jwettqu ftit reazzjoni. Fl-aħħar sessjoni Sliema irkupraw ftit iżda daħlu tard fil-partita b’Neptunes isibu żewġ gowls biex jagħlqu l-partita.
Fl-aħħar tal-partita Peter Perotti Chief Officer tal-BOV preżenta t-tazza lill-kaptin ta’ Neptunes Niki Lanzon.
Sliema: R. Coleiro, J. Gabarretta (2), N. Lubrano, T. Sullivan, M. Meli (1), J. Soler (1), J. Borg, C. Cluett, J. Brownrigg (1), N. Bugelli, I. Basara (2), A. Petkovic (5), K. Schembri
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (1), M. Lanzon, M. Stellini (1), T. Agius, M. Zammit, S. Camilleri (6), J. Camilleri, A. Zarb Cousin, P. Biros (2), B. Muscat Dougall, T. Molnar (5), C. Mercieca
Referees: Mario Dalli, Alessandro Severo
//= $special ?>

