Raġel ta’ 47 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li r-residenza li kien fiha ħadet in-nar.
Nirien qawwija ħakmu r-residenza fi Triq il-Blata f’Ħal Qormi matul il-lejl li għadda għall-ħabta tal-23:30.
Fir-residenza kien hemm tliet persuni, fosthom mara ta’ 87 sena u żewgt irġiel ta’ 60 u 47 sena.
Immedjatament fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 47 sena l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel jinsab f’qagħda stabbli.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>