Grupp ta’ Ommijiet, Suzanne Vella, Mariella Catania, Martha Fitz, Christine Rossi u Marisa Gatt, ħassew li kellhom isemmgħu leħinhom permezz ta’ dan l-istazzjon dwar il-proposta għall-bidla fil-liġi tad-dikriminalizazzjoni tad-droga partikolarment dwar min jinqabad f’pussess tal-cannabis.
Skont l-stqarrija li ppublikaw dawn l-ommijiet, b’dan it-tibdil fil-liġi il-Gvern se jkun qed jibgħat messaġġ perikoluż lil uliedna, il-messaġġ li l-ħaxixa tagħmel anqas ħsara u allura m’hemm xejn ħażin jekk teħodha.
B’hekk il-Gvern mhux se jkun qiegħed jimxi id f’id magħna l-ġenituri li qed jippruvaw jgħallmu lil uliedhom li d-droga hi ta’ ħsara.
Huma fakkru kif meta nitkellmu fuq pusess personali t-tbatija ma tgħaddix minnha biss il-vittma tad-droga għaliex ikun hemm effett fuq il-ġenituri u qraba oħra. Għalhekk kull diskors li jsir kemm fuq riforma, kastig, dekriminalizazzjoni u depanilazzazzjoni, ghandu jsir bil-hsieb li bit-tbatija tagħna naffettwaw lil xulxin.
Suzanne, Mariella, Martha, Christine u Marisa temmew jgħidu li minn naħa l-oħra jilqgħu b’sodisfazzjon il-proposta li titnaqqas il-piena għal min jabbuża mid-droga. Dan filwaqt li jisħqu li biex ngħinu lil vittmi eżistenti ma nistgħux noħolqu liġijiet li jistgħu iżidu flok inaqqsu il-vittmi tad-droga.
//= $special ?>