Lokali

Pulizija jweġġa’ ħafif f’San Ġiljan

Surġent tal-Pulizija weġġa’ ħafif waqt li kienu qed jikkalmaw argument li seħħ quddiem stabbiliment fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Surġent ieħor mir-Rapid Intervention Unit ukoll weġġa’ ħafif f’dan l-inċident.

Minn informazzjoni li għandha l-Pulizija, jirriżulta li żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Fgura inżamm biex tikkalma s-sitwazzjoni. Iż-żagħżugħ kien se jittieħed fil-vettura tal-Pulizija meta inqala’ argument ieħor ma’ tliet żgħażagħ li f’dak il-ħin avviċinaw lill-Pulizija.

Kien hawn li Surġent tal-Pulizija safa’ mweġġa u ġarrab ġrieħi ġriehi ħfif.

L-eta’ tat-tliet żgħażagħ tvarja bejn is-17 u d-19-il sena u huma lkoll residenti Ħal Tarxien. L-erba’ żgħażagħ ġew arrestati mill-Pulizija u se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.