Futbol Sport

Rebħa konvinċenti ta’ Balzan

BALZAN……………………4
ŻEBBUĠ R…………………2

B’wirja konvinċenti Balzan għelbu lit-tim neo-promoss ta’ Żebbuġ Rangers bl-iskor ta’ 4-2. Rangers kienu qed jirritornaw fil-Premier wara diversi ta’ snin fejn l-aħħar li kienu lagħbu fil-Premier kien fl-istaġun 1988-89.

Kienu fil-fatt Żebbuġ li ħolqu l-ewel periklu u wara biss ħames minuti logħob Mauricio Osmar Rodrigues BRITTO avvanza tajjeb u għeleb lill-goalkeeper ta’ Balzan Christian Cassar.

Fit-23 minuta Balzan ġabu d-draw meta Guobadia għadda tajjeb lejn Gianmarco PICCIONI li kien qed jiddebutta ma’ Balzan wara li ingħaqad magħhom mingħand Mosta matul dan is-sajf, li żmarkat mill-viċin ma kellux diffikultà biex jiskurja.

Fis-37 minuta Balzan kelhom ċans kbir li jirduppjaw l-iskor meta xutt ta’ Guerrero ra lill-goalkeeper avversarju jilqa’ f’corner.

Fit-tieni taqsima Balzan ħarġu fuq l-offensiva u fid-49 minuta marru fil-vantaġġ meta Guerrero għadda tajjeb lejn Lydon MICALLEF li mill-viċin skurja b’xutt fil-baxx.

Dawn ma tantx damu jgawdu dan il-vantagg għax ftit sekondi wara Mauricio Osmar Rodrigues BRITTO avvanza tajjeb, qabeż lil xi difensuri ta’ Balzan qabel tefa’ l-ballun wara Christian Cassar.

Fis-66 minuta Balzan reġgħu marru fil-vantaġġ meta Guerrero qabeż lil xi plejers ta’ Żebbuġ bil-veloċità li jippossjedi, qassam lejn Mifsud Triganza udan għadda lejn Gianmarco PICCIONI li mill-viċin ma żbaljax.

Fil-85 minuta Balzan għamluhom erbgħa meta Piccioni ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa u mir-rebound, OSCAR DARIO GUERRERO, tefa’ gewwa.

Balzan: C. Cassar, J. Grioli, S. Bezzina, E. Orlando Serrano Valero, E. Bilbao Zarate, Ice-Cream. Guobadia, L. Sciberras, L. Micallef, O. Guerrero, JP. Mifsud Triganza, G.Piccioni

Sost – Borg minflok Micallef, Darmanin minflok Mifsud Triganza, Corbolan minflok Piccioni

Żebbuġ R: J. Farrugia, Y. Camilleri, J. Diaz, R. Mandic, M. Gauci, J. Borg, T. Paris, C. Gauci, M. Muchardi, 19-Carlo Monti, 27-Mauricio Osmar Rodrigues Britto
Sost – Ribeiro minflok Diaz, Agius minflok Gauci, Ciantar minflok Paris

Referee: Clayton Pisani

Imwissija: I. O. Guobadia, J. Grioli (B), C. Gauci, J. Diaz (Z)
Skurjaw: Maurico Osmar Rodrigues Britto 5, 50 (Z), Gianmarco Piccioni 23, 66, Lydon Micallef 49, Oscar Dario Guerrero 85 (B)

il-mument Plejer tal-Logħba – Edison Bilboa Zarate (B)