Nhar il-Ħadd 31 ta’ Awissu, lejliet il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa, ser tkun it-31 sena li matul il-Festa ta’ San Ġiljan l-kaċċaturi jagħtu salut lill-istatwa tal-Qaddis Patrun tagħhom, billi jisparaw skrataċċ in bjank.
F’irħula oħra dan is-salut baqa jsir bil-“Musketterija” li ġejja mill-kelma Taljana ‘moschetto’ li tfisser ‘xkubetta’ bil-Malti.
Il-Kaċċaturi ta’ San Ġiljan u San Ġwann jattendu għal dan is-salut, imma kull kaċċatur ieħor huwa mistieden jipparteċipa ukoll.
Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), huma l-isponċers prinċipali ta’ dan l-avveniment. Kullħadd huwa mistieden anki sempliċiment bħala osservatur.
Għalhekk dawk il-kaċcaturi li jridu jisparaw dan is-salut nhar il-Ħadd 31 ta’ Awissu għandhom ikunu fejn is-sala tal-Parroċċa għas-6:30pm.
//= $special ?>