Futbol Sport

Valletta McDonalds ikabbru d-distakk

Valletta McDonalds….16
Exiles Ferretti……………8
(5-0),(3-4),(5-2),(3-2)

Valletta McDonalds irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Exiles Ferretti 16-8. Ir-rebħa Beltija kienet meritata bil-barranin Korolija u Filipovic ikunu l-protagonisti assoluti bi ħdax il-gowl bejniethom. B’din ir-rebħa Valletta jinsabu sitt punti taħt Sirens.

Valletta ħadu vantaġġ tajjeb ta’ ħames gowls fl-ewwel sessjoni u minkejja li Exiles rebħu t-tieni sessjoni, il-Beltin baqgħu dejjem b’vantaġġ komdu biex rebħu ż-żewġ sessjonijiet ta’ wara u kisbu rebħa tajba ta’ 16-8.

Valletta: R. Sciortino, R. Mock, M. Spiteri Staines (2), M. Korolija (4), N. Bonello Ghio, S. Cachia, D. Paolella (1), D. Abela, C. Debono, C. Zammit (1), M. Cordina (1), D. Filipovic (7), M. Rizzo

Exiles: I. Bugeja, J. Rizzo Naudi, S. Vassallo, D. Pace Lupi, G. Katonas (3), D. Borg, J. Spiteri Staines, K. Griscti (2), L. Sekulic (2), P. Borg, B. Lanzon, S. Galea Pace, K. Lanzon

Referees: Stefan Licari, Francesco Barbara