Lokali

Żagħżugħ l-isptar wara li qala’ daqqa ta’ sikkina f’Wied il-Għajn

Ivan Farruġia ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar ittieħed l-isptar Mater Dei wara li qala’ daqqa’ ta’ sikkina f’ġenbu mingħand raġel ieħor.

Il-każ seħħ fi Triq il-Miklem Malti f’Wied il-Għajn għall-ħabta tal-17:00.

L-allegat agressur Brandan Pace li hu minn Wied il-Għajn u li għandu 19-il sena, ħarab mill-post u qed ikun imfittex mill-Pulizija fl-inħawi tal-Ħamrun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar. Jidher li ż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi f’ġembu iżda mhux fil-periklu tal-mewt.