Fl-aħħar, Evarist Bartolo ammetta li l-Partit Nazzjonalista kellu raġun meta qal li l-Avviż Legali li permezz tiegħu l-Ministru tal-Edukazzjoni kien se jkollu aċċess għal informazzjoni sensittiva dwar l-istudenti kien ħażin.
Il-Partit Nazzjonalista mill-ewwel kien tkellem dwar il-periklu ta’ dan l-Avviż Legali li jagħti wisq poteri lill-Ministru, u jitlob wisq dettalji personali dwar it-tfal u l-istudenti. Saħansitra, l-Oppożizzjoni kienet ressqet mozzjoni fil-Parlament biex dan l-Avviż Legali jiġi dikjarat null.
Din il-mozzjoni, iżda, ma kenitx għaddiet mill-Parlament għaliex Muscat u sħabu vvutaw kontriha. Dakinhar, il-linja ta’ kritika tal-Gvern kienet li l-Oppożizzjoni kienet negattiva.
Issa, erba’ xhur wara, ħarġet il-verita’ u jirriżulta li mhux talli l-Partit Nazzjonalista ma kienx negattiv, iżda talli kellu raġun. Wara xhur ta’ tgħajjir, Joseph Muscat u Evarist Bartolo daqqew l-irtirata u ammettew li l-Partit Nazzjonalista kellu raġun hu, u huma kienu żbaljati.
Dan hu każ ieħor li juri l-inkompetenza tal-Gvern, li l-ewwel jgħajjar lill-Partit Nazzjonalista, imbagħad jirrealizza li l-Partit Nazzjonalista kellu raġun.
//= $special ?>
