Internazzjonali

Filmat: X’tippreferi tistenna karozza oħra tal-linja għax “full-up” jew li jsir bħalma jagħmlu fiċ-Ċina?

Minjaf kemm-il darba gergirna li konna fuq l-istage nistennew ix-xarabank u l-ewwel waħda li tgħaddi kemm iddum tistenna kienet mimlija. Inkella tasal waħda u meta jkun imiss lilek biex titla’, ix-xufier jgħidlek “full-up“.

Iżda żgur li dan mhux il-każ għall-passiġġieri tal-ferrovija fiċ-Ċina. Araw il-filmat ta’ hawn taħt biex taraw kif fi stazzjon tal-ferrovija litteralment ‘jippakkjaw’ lin-nies … forsi biex ma jkollhomx għalfejn jibqgħu jistennew dik li jmiss!