Il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-17.00 fil-bajja tal-Għadira kien hemm marea (tide) akbar mis-soltu u li damet ħafna aktar min-norma. Il-bajja tal-Mellieħa hija magħrufa li jkollha marea pero din ħafna drabi sseħħ filgħodu.
Matul il-jum tal-Ħadd ħafna jieħdu l-pawża ta’ mistrieħ fejn il-baħar u filfatt kienu ħafna li qalulna fuq dan il-fenomenu naturali. Xi nies qalulna li mhux issoltu dan il-frugħ tal-baħar iddum ħafna pero f’dan il-jum din seħħet għal madwar 5 darbiet u li f’dawk il-mumenti l-Maltin u t-turisti nieżlu jimxu fuq ir-ramel li ssoltu jkun hemm il-baħar.
//= $special ?>

