Minkejja l-akkuża tar-residenti tal-inħawi li l-Gvern ma tax kashom fuq l-ilmenti li ilhom iressqu fuq l-irwejjaħ mill-impjant tar-riċiklagg ta’ Sant’Antnin, il-Ministru responsabbli minn dan il-qasam Leo Brincat jiddikjara li l-Gvern qed jikkunsidra l-ilmenti tar-residenti iżda jagħmel distinzjoni bejn ilment u ieħor.
Kif żvela dan l-istazzjon, residenti taż-żona dan l-aħħar ktibu lill-Wasteserv u kkupjaw lill-PM u lill-Ministru responsabbali mill-Ambjent, jinsistu li tittieħed azzjoni mmedjata. Għal dawn l-ilmenti, il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello jwieġeb li s-soluzzjoni hi s-separazzjoni mid-djar.
Iżda l-problema tal-irwejjaħ li joħorġu mill-impjant spiċċat ?
Ir-residenti qed jappellaw ukoll lill-Wasteserv biex jerġgħu ikunu installati monitoring stations u biex jerġgħu jibdew jitlaqqgħu l-esperti li kienu jiffurmaw dak li jissejjaħ l-Odour Panel li kien twaqqaf bħala miżura addizzjonali u bħala kundizzjoni imposta fuq il-Wasteserve fil-ħruġ tal-permess mill-MEPA.
//= $special ?>

