Paul Allen Sneddon, Ingliż, residenti Malta ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tad-9.30 p.m. ikkawża ġrieħi ħfief fuq l-ispettur Maurice Curmi u l-Kuntistabbli Ivan Mifsud. L-Ispettur Curmi spiċċa bi ġrieħi f’għonqu waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
Hekk kif bdiet il-kawża l-akkużat li għandu 33 sena, u li ma kienx assistit min avukat u meta mistoqsi għalfejn ma għandux avukat, qal li t-tfajla tiegħu li kienet prezenti fl-awla hi l-avukat tiegħu. Hawnhekk inqalgħet kommossjoni fejn tfajla tiegħu, li hija Pollakka twaddbet il-barra mil-awla mill-Maġistrat Marseanne Farrugia.
Hu qal li ma għandhux flus biżżejjed għall-avukat għax jaqla €700 fix-xahar u bħalissa fadallu €150 biex jgħix sal-aħħar tax-xahar. L-akużżat qal li minħabba li dawn huma akkużi serji ma riedx jaqbad u jagħżel avukat kif ġie ġie għax irid li jkollu fiduċja sħiħa fl-avukat li jagħżel u għalhekk ġie għas-seduta mingħajr avukat.
Qal wkoll li ma kienx jaf li ried jkollu avukat għal dawn il-proċeduri bilfors u qal li meta kien qed jiġi nterrogat il-Pulizija tawh koppja tal-“yellow pages” biex jagħżel avukat minn hemm. L-ispettur Godwin Scerri informa l-Qorti li l-ambaxxata Ingliża taf b’dan l-arrest.
L-Ingliż qal ukoll li t-Tlieta filgħodu kien sejjer il-Kummissjoni Għolja Ingliża. Mill-provi rriżulta li t-tfajla tiegħu, li huwa ried li tiddeffendih fl-awla, u li qagħdet maġenbu, taħdem ma’ kumpanija legali barra minn Malta bħala Segretarja. Il-Qorti ripetutament qalet lill-akkużat biex joqgħod kwiet u dan meta huwa ma ħalliehx lill-Maġistrat Farrugia titkellem għax beda jinterrompi.
Il-Maġistrat Marseanne Farrugia issospendiet is-seduta biex jilħaq jasal l-avukat tal-għajnuna legali biex jasisti lil akkużat għal din is-seduta biss qabel jagħżel l-avukat ta’ fiduċja tiegħu.
Meta reġgħet issejħet il-kawża deher l-avukat Christopher Chircop għal akkużat li ma kkontestax l-arrest. L-avukat difensur talab għall-liberta proviżorja bl-Ispettur Godwin Scerri jgħid li l-karattru tal-akkużat mhux wieħed affidabbli u li għandu temperament baxx u minħabba f’dan issuġerixxa li għandu jiġi eżaminat minn psikologu.
L-Ispettur qal li waqt l-karnival tas-sajf f’Buġibba kien hemm li Spettur Maurce Curmi li mar fuqu dan ir-raġel li qallu kellu problema għax ried jagħmel rapport fuq xi ġar tiegħu u l-Ispettur bagħtu l-għassa biex jaghmel rapport u skont l-Ispettur dan irrabja u beda jgħajjat u jitkellem ħażin wara li talbu għad dettalji tahomlu u kienu dettalji hżiena.
Qal li l-Ispettur qallu biex joqgħod hemm għalissa u nqala’ l-argument u l-Ispettur Curmi spiċċa b’xi ġrieħi f’għonqu u anke’ Surġent ieħor li kien involut. L-avukat Chircop ppreżenta kopja taċ-ċerifikat mediku tal-akkużat li ħareġ miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, u qal li dan jikkolabora mal-verżjoni tal-klijent tiegħu li kienu l-Pulizija li attakawh u mhux bil-kontra.
Il-Magistrat Marseanne Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mil-arrest minħabba s-serjeta tal-każ u minħabba l-biża’ li akkużat ma għandu l-ebda rabta ma Malta u jista’ jaħrab. L-Ingliż ġie akkużat wkoll li kkawża ħsara fuq xi oġġetti, li ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija u li kiser il-paċi publikka, u li rrifjuta li jagħti d-dettalji korretti lill-Pulizija meta mitlub, li rreżista l-arrest, u li għamel ħsara fl-uniformijiet tal-Pulizija.
//= $special ?>

