Futbol Sport

Intervista esklussiva mad-direttur il-ġdid ta’ Msida SJ

Irrid lill-klabb ta’ Msida St. Joseph jikkompeti fl-ogħla livell tal-futbol Malti u nittama li flimkien nistabilizzaw lit-tim Misidjan wara r-ri]ultati tal-istaġun li għadda.” Kliem Abdelrahman Kurdieh f’intervista esklussiva ma’ dan il-ġurnal jiem biss wara li laħaq direttur tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni.

Abdelrahman hu konsulent mal-kumpanija Sesam Business Consultants kif ukoll ko-fundatur u President ta’ Al Nisr Football Club fid-Dubai Amateur Football League. Taħt it-tmexxija ta’ Abdelrahman u l-kowċ Arafat Ismael, dan il-klabb ġie promoss mal-ewwel sena u l-għan hu li l-klabb għalissa jibqa’ jikkompeti f’dan il-kampjonat tad-dilettanti u javanza sal-ogħla divi]joni. L-istess il-ħolma ta’ Abdelrahman li bl-investiment tiegħu jixtieq li jreġġa’ lura lill-Imsida fil-Kampjonat Premier Malti.

Mistoqsi għaliex għażel lil Malta, speċifikament lill-Imsida, biex jinvesti flusu, Abdelrahman kien ċar. “Wara s-suċċess ma’ Al Nisr ridt pajjiż li ma jirrikjedix investiment kbir biex permezz ta’ flusi u l-esperjenza tiegħi ngħin klabb professjonali jikseb suċċess. Il-futbol Malti kien fil-mira tiegħi għaliex, kuntrarju għall-futbol f’pajji]i oħra Ewropej, dan kien possibli.”

Abdelrahman kompla li l-President ta’ Msida, Edward Calleja, kien l-ewwel wieħed li laqgħu fix-xena sportiva lokali u spjegalu l-uċuħ kollha tal-futbol Malti. “Ħassejt li l-mod kif tkellem miegħi l-President Calleja kien professjonali ħafna u mill-ewwel urieni li kien bniedem li stajt nafda fih,” saħaq Abdelrahman li kien għalhekk li beda n-negozjati ma’ dan il-klabb.

“Qabel wasalt jien, il-klabb ta’ Msida St. Joseph għadda minn riforma li hi b]onnju]a għal klabb li ma jkunx laħaq l-aspetattivi tiegħu. Il-klabb kien qed jieħu d-deċiżjonijiet bħala kumitat u għalhekk, qabel dħalt, tkellimt mal-membri kollha tal-istess kumitat,” kompla Abdelrahman filwaqt li enfasizza li anke llum, il-kumitat kollu qed jaħdem flimkien biex jintlaħqu l-miri. “Nemmen li bl-ingaġġ ta’ xi barranin oħra u l-ħatra ta’ Saviour Debono Grech bħala kowċ, il-klabb se jingħata l-imbuttatura li hemm b]onn biex nikkompetu f’livell ogħla u nistabilizzaw lit-tim wara r-ri]ultati tal-istaġun li għadda.”

Imma x’għandhom jistennew il-partitarji Misidjani minn dan l-investiment ġdid “L-investiment tiegħi għandu jġib entusja]mu ġdid fil-futbol Misidjan. Flimkien mal-kumitat nixtiequ nsaħħu l-entusja]mu billi nakkwistaw iktar plejers ta’ talent li jistgħu jgħinuna nilħqu l-għanijiet tagħna,” tenna Abdelrahman.

Hu kompla li l-klabb hu kunfidenti li jikseb suċċess u kulħadd ikun kuntent bil-promozzjoni fl-ewwel staġun tiegħu f’pajji]na. Madankollu rrikonoxxa li dan hu diffiċli u jseħħ biss b’ħafna ħidma minn kull min hu nvolut.

Fl-aħħarnett Abdelrahman tkellem ukoll dwar l-ewwel togħma tiegħu tal-futbol Malti. Dan hekk kif il-firma li bdiet l-avventura tiegħu ma’ Msida waslet fil-jiem tas-Supercup f’pajjiżna, mirbuħa minn Birkirkara. Abdelrahman kien pre]enti għal din il-logħba u qal li kien impressjonat bil-mod li bih lagħbu Birkirkara. “Il-futbol Malti jinsab f’livell tajjeb imma dejjem hemm spazju għal titjib. L-MFA, taħt it-tmexxija tal-President Norman Darmanin Demajo, wettqet xogħol siewi u ninsab kunfidenti li taħt it-tmexxija tad-diriġenti tal-MFA, il-futbol Malti se jkompli jiżviluppa. Fl-aħħar mill-aħħar nemmen li klabbs lokali fil-futur se jkunu dejjem iktar involuti f’kompetizzjonijiet Ewropej,” temm Abdelrahman Kurdieh.