Mas-sebh tal-jum, madwar il-kapitali Libjana Tripli kien hemm attakki mill-ajru minn ajruplani militari. Hu mifhum li dawn l-ajruplani huma tal-forzi li qed jiġġieldu kontra l-militanti Iżlamiċi. Għal xi ħin, madwar Tripli kien hemm ukoll diversi splużjonijiet.
Il-ġlieda ewlenija fi Tripli hi bejn il-ġellieda ta’ Misurata li qed jappoġġjaw lill-militanti Iżlamiċi u dawk ta’ Zintan. Parti kbira ta’ dak li fadal mill-Gvern Libjan u anke l-Parlament issa qed jaħdmu minn Tobruk minħabba l-vjolenza li hemm.
//= $special ?>

