Ekonomija Lokali

Total ta’ 3,925 sena ta’ servizz ma’ BOV

Din is-sena, grupp ta’ 148 impjegat se jkun qed jiċċelebra l-20, il-25, it-30, il-35 u l-40 sena ta’ servizz ma’ Bank of Valletta (BOV). Bħala rikonoxximent, il-Bank stieden lil dawn l-impjegati għal avveniment li matulu ġie mfakkar dan il-punt importanti fil-karriera tagħhom.

Fl-attività, il-Kap Eżekuttiv ta’ BOV Charles Borg qal li dan l-avveniment jenfasizza l-kontribut twil ta’ dawn l-impjegati lejn is-suċċess kontinwu tal-istituzzjoni. Borg qal li hu grazzi għall-isforzi ddedikati u l-lealtà ta’ dawn l-impjegati, li l-Bank irnexxielu jikber għal-livell li jinsab fih illum.