Futbol Sport

Celtic iridu japprofittaw mit-tieni ċans

Illejla jintlagħbu l-ewwel legs tal-play-offs taċ-Champions League u għada Celtic iridu japprofittaw mit-tieni ċans li ingħataw mil-UEFA biex javanzaw f’din il-kompetizzjoni.

Dan wara li huma, fit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tilfu b’aggregate ta’ 6-1 kontra Legia Warsaw imma kienu huma li kisbu l-kwalifikazzjoni wara li t-tim avversarju tagħhom lagħab plejer li kien ineliġibbli. B’hekk, l-Iskoċċiżi ingħataw walkover ta’ 3-0 biex b’hekk għaddew bir-regola tal-gowls barra minn darhom u issa jilagħbu barra minn darhom kontra Maribor fl-ewwel leg.

Celtic, li huma għal darba oħra favoriti li jirbħu l-kampjonat domestiku fin-nuqqas tar-rivali tagħhom Rangers, iridu javanzaw kemm jistgħu f’din il-kompetizzjoni li trendi flus kbar. Fi tmiem il-ġimgħa Celtic rebħu 6-1 kontra Dundee filwaqt li Maribor, kontra kull mistenni tilfu 3-1 kontra Celje u b’hekk l-Iskoċċiżi jridu japħprofittaw minn dan il-mument delikat li jinsabu għaddejin minnu Celje.

Timijiet kbar oħra Ewropej li se jkunu fl-azzjoni f’dawn il-play-offs huma timijiet bħal ma huma Arsenal, Porto u Napoli.

Il-Gunners jilagħbu kontra Besiktas fl-ewwel leg fit-Turkija u se jkunu qed jippruvaw jikkwalifikaw għas-17-il sena konsekuttiva fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League. Arsenal, fi tmiem il-ġimgħa bdew l-impenji tagħhom fil-Premiership Ingliż b’rebħa fl-aħħar sekondi ta’ 2-1 kontra Crystal Palace.

Porto fi tmiem il-ġimgħa għelbu lil Maritimo 2-0 u jittamaw li jkomplu minn fejn ħallew meta għada jilagħbu l-ewwel leg barra minn darhom kontra Lille fi Franza. Illum Napoli għandhom konfront delikat kontra Athletic Bilbao. Iż-żewġ timijiet għadhom qed iħejju għall-bidu tal-kampjonat domestiku rispettiv tagħhom u b’hekk jistgħu ma jkunux fl-aqwa kundizzjoni fiżika.

Leverkusen gpandhom il-morall għoli wara li fi tmiem il-ġimgħa bdew l-impenji tagħhom fit-tazza domestika b’rebħa ta’ 6-0 kontra Alemannia Waldalgesheim u dawn se jilagħbu kontra Copenhagen. Bla dubju l-akbar theddida għal Copenhagen se jkun l-attakkant Stefan Kiessling, awtur ta’ ħames gowls kontra Waldalgesheim.

Il-Programm
Play-offs Champions League
Illum
Besiktas v Arsenal
Copenhagen v B. Leverkusen
Napoli v A. Bilbao
Salzburg v Malmo
S. Bucuresti v L. Razgrad

Għada
AaB v APOEL Nicosia
Lille v Porto
Maribor v Celtic
S. Bratislava v BATE Borisov
S. Liege v Zenit SP

Play-offs Europa League
Għada
Dnipro v Hajduk Split
Stjarnan v Inter