Futbol Sport

Diamanti jattakka lil Prandelli

Il-plejer ta’ Guangzhou Evergrande Alessandro Diamanti attakka lill-eks kowċ nazzjonali tal-Italja Cesare Prandelli talli ma għażlux biex jifforma parti mit-tim li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja. Diamanti ingħaqad ma’ Guangzhou Evergrande fi Frar li għadda u minn dakinhar ‘l hawn ma lgħabx logħba mal-Italja.

L-eks midfielder ta’ Bologna kien parti mit-timijiet Taljani fil-Euro 2012 u fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-2013, timijiet li wkoll kienu immexija minn Prandelli. F’kummenti li ta Diamanti dan qal, “Jekk Prandelli kien jgħidli li jekk immur nilgħab maċ-Ċina ma kienx se jibqa’ jsejjaħli biex nilgħab mal-Italja xorta waħda kont immur nilgħab fl-Asja. Ikun żbaljat min jaħseb li l-livell tal-kampjonat Ċiniż hu wieħed baxx u naħseb li Prandelli kien wieħed minnhom,” qal Diamanti.

L-Italja iddiżappuntant bil-kbir waqt it-Tazza tad-Dinja u sfat eliminata mill-fażi tal-gruppi. Ġimgħa ilu l-eks kowċ ta’ Juventus Antonio Conte ħa post Cesare Prandelli meta dan iffirma kuntratt sal-2016.