Internazzjonali

Gaża: Taħdidiet iwasslu għal estensjoni ta’ 24 mill-waqfien mill-ġlied

Il-waqfien mill-ġlied f’Gaża kien estiż b’24 siegħa wara taħditiet bejn Uffiċjali mill-Kajr, il-Palestina u l-Iżrael. Il-perjodu ta’ waqfien mill-ġlied beda l-Erbgha li għadda u kellu jispiċċa lbieraħ f’12am. Uffiċjali qalu li 2,016-il Palestinjan u 66 Iżraeljan mietu minn meta l-Iżrael beda l-offensiva tiegħu f’Gaza fit-8 ta’ Lulju.

L-estensjoni ta’ 24 siegħa waqfien mill-ġlied kienet ikkonfermata mill-Gvern Eġizzjan, li qal li d-delegazzjonijiet tal-Iżrael u l-Palestina qablu li jkomplu bin-negozjati għal ftehim permanenti. Il-Ħadd li għadda d-delegazzjonijiet marru lura fil-kapitali Eġizzjana biex ikomplu bit-taħditiet dwar waqfien mill-ġlied.