Futbol Sport

Ibrahimovic sitt ġimgħat barra

L-attakkant ta’ PSG Zlatan Ibrahimovic mistenni jdum madwar sitt ġimgħat barra wara li weġġa’ l-kustilji fir-rebħa ta’ 2-0 li t-tim tiegħu kiseb fuq Bastia. Din kienet l-ewwel rebħa għaċ-champions fil-kampjonat, rebħa li waslet grazzi għal gowls ta’ Moura u Cavani. Madankollu l-aħbar ħażina għalihom kienet li Ibrahimovic, li spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-tim f’dawn l-aħħar żewġ staġuni, weġġa’ wara biss-16-il minuta logħob. Skont l-ewwel rapporti dan se jdum sitt ġimgħat barra u b’hekk, minbarra partiti tal-kampjonat se jitlef ukoll partiti mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.