Kultura Lokali

Ikomplu l-preparamenti għall-Qormi Wine Festival

Il-Qormi Wine Festival 2014 din is-sena se jirritorna nhar il-Ġimgħa 5 u s-Sibt 6 ta’ Settembru mis-7.30pm sa nofsillejl, fejn għal din l-okkażżjoni iċ-ċentru tar-raħal se jkun qed ixxidd libsa festiva partikolari.

Dan il-festival issa sar attivita’ mistennija ferm fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru, u għalhekk l-organizzaturi ħasbu biex jipprezentaw żewg serati mill-aqwa li jolqtu l-gosti tal-familja kollha. U din is-sena b’attrazzjonijiet akbar biex jitfakkar l-10 anniversarju ta’ dan l-avveniment kulturali.

Triq il-Kbira f’Ħal Qormi se tkun armata b’diversi stalls tal-inbid u ikel tradizzjonali Malti, f’atmosfera tipika ta’ festa lokali bil-knisja parrokkjali ta’ San Gorg fl-isfond.
Dawk preżenti jistghu jakwistaw tazza tal-inbid bil-logo tal-Qormi Wine Festival għall-prezz ta’ €12. Biha jkunu jistghu jduqu l-inbejjed kollha offruti. It-tazza tista’ mbagħad tinżamm bħala tifkira.

L-ikel kollu jista’ jinxtara ghall-prezz ta’ €7. Id-dhul ghal dan il-festival tal-inbid hu b’xejn, u l-inbid jibqa’ jisserva sal-11.30pm.

Il-Qormi Wine Festival hu organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi (AD 1919) bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu, is-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali kif ukoll il-Kunsill Lokali Qormi.

Ghal iktar informazzjoni, wiehed jista’ jikkuntattja lill-organizzaturi fuq 7906 2455, jew l-indirizz elettroniku festiesterniqormi@gmail.com. Id-dettalji kollha tal-Qormi Wine Festival jinsabu ukoll fuq is-dit elettroniku www.festiesterniqormi.org jew fuq il-Facebook Page tal-Kumitat.