Lokali

Kumpens għall-familji u mhux għan-negozji

Wara żjara li għamel fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni tal-Marsa tal-Enemalta il-Ministru tal-Energija Konrad Mizzzi ħabbar li l-Gvern se jagħti kumpens ta’ 25 ewro għal dawk il-familji li kellhom qtugħ fid-dawl il-ġimgħa l-oħra għal aktar minn 12-il siegħa. B’kollox madwar 8,000 familja se jieħdu dan il-kumpens.

Il-Ministru Mizzi pero qal li n-negozji mhux se jingħataw dan il-kumpens minħabba li 25 ewro għan-negozji hi somma irrelevanti. Kompla li qed jiddiskuta man-negozji dwar kif l-Enemalta tista tgħinhom fil-ħlas tal-arretrati li għandhom fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.