Għexieren ta’ Indjani tilfu ħajjithom b’kaġun ta’ għargħar għall-għarrieda li faqa’ bnadi sħaħ ta’ Uttar Pradesh, bil-ħajja ‘titħarbat kompletament’ fid-diversi inħawi ta’ Bihar, fejn niżlu kwantitajiet ta’ xita li m’għandhom l-ebda preċedent fl-istorja riċenti.
Il-President tal-Indja, Pranab Mukherjee, bagħat messaġġ ta’ kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi u meta qed jiddomina sens ta’ luttu profond fl-inħawi milquta. Intant, Mukherjee esprima tamiet li l-Gvernijiet tal-Istati imġarrba jistgħu jaħdmu bl-aktar mod effettiv għar-rijabilitazzjoni tan-nies affettwati mill-elementi.
//= $special ?>

