In-negozju internazzjonali qed ikompli jikber b’sinjali ta’ rkupru fl-ekonomija Spanjola
Il-Grupp MAPFRE ġġenera volum ta’ premium ta’ €11.78 biljun fl-ewwel nofs tal-2014, ċifra simili għal dik tal-istess perjodu fis-sena preċedenti, filwaqt li l-profitt attribwibbli ammonta għal €457.7 miljun, żieda ta’ 0.4 fil-mija.
Id-dħul ammonta għal €13.72 biljun, ċifra wkoll qrib dik tas-sena preċedenti. L-ewwel nofs tas-sena kien karatterizzat mis-saħħa tal-ewro f’konfront ma’ muniti oħrajn. Li kieku r-rati tal-kambju baqgħu kostanti, il-premiums kienu jiżdiedu bi tmienja fil-mija u l-profitti kienu jiżdiedu b’sebgħa fil-mija.
MAPFRE, li hi rappreżentata f’Malta mill-Middlesea Insurance u tifforma parti mill-Grupp MAPFRE, irreġistrat profitt qabel it-taxxi u interessi minoritarji laħqu l-għola livelli għall-ewwel nofs tas-sena, hekk kif żdiedu bi 8.7 fil-mija għal 942 miljun ewro. Dan żdied b’45 fil-mija minn meta bdiet il-kriżi finanzjarja fl-2007.
Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, in-negozju kien wieħed robust u l-kumpanija irreġistrat proporzjon kombinat eċċellenti. Barra minn hekk, l-ekwità żdiedet b’iktar minn 820 miljun ewro fil-perjodu u laħqet 10.71 biljun ewro. L-istess il-qligħ kapitali mhux realizzat rikonoxxut direttament fl-ekwità ra żieda ta’ 1.55 biljun ewro mit-tmiem tas-sena preċedenti.
Il-premiums non-life fl-ewwel nofs tas-sena laħqu total ta’ 8.62 ewro (tnaqqis ta’ 0.5 fil-mija), iżda t-tieni kwart tas-sena ra żieda fuq l-ammont tas-sena preċedenti (+1.4 fil-mija).
“Dawn ir-riżultati jindikaw li n-negozju internazzjonali qed ikompli jikber, u qed ninnotaw sinjali ta’ rkupru fl-ekonomija Spanjola. Barra minn hekk, il-proporzjon kombinat tajjeb ħafna ta’ 95.7% hu riflessjoni ta’ mmaniġġjar tal-operat eċċellenti,” sostna Antonio Huertas, iċ-Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE.
L-ekwità tal-azzjonisti ammontat għal 8.48 biljun ewro, żieda ta’ 8.3 fil-mija mit-tmiem tal-2013, bit-total ta’ assi mmaniġġjati jilħaq it-72.33 biljun ewro, żieda ta’ 7.2 fil-mija fuq l-aħħar 12 il-xhar.
Barra minn hekk, ir-rating tal-aġenzija Standard and Poor’s żiedet il-klassifika tal-kreditu ta’ MAPFRE RE u MAPFRE GLOBAL RISKS għal A, u dik tal-kumpanija prinċipali għal BBB+. Dan it-titjib fil-klassifika jikkonferma s-saħħa finanzjarja ta’ MAPFRE u l-kumpaniji sussidjarji tagħha.
//= $special ?>