Brandon Pace ta’ 19-il sena mill-Ħamrun ġie mixli quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale li nhar il-Ħadd li għadda f’Wied il-Għajn ta’ daqqa ta’ sikkina lil kuġinih Ivan Farrugia wara argument fuq tfajla. Id-daqqa ta’ sikkina laqtet lill-vittma fil-pulmun u dan spiċċa fil-periklu tal-mewt.
Il-każ seħħ fil-ħamsa ta’ filgħaxija fi Triq il-Miklem Malti meta allegatament Pace tlewwem ma’ kuġinuh peress li kien qed joħroġ mat-tfajla li ftit taż-żmien ilu kien qed joħroġ magħha hu. L-inċident seħħ barra mid-dar tat-tfajla.
Pace ġie mixli wkoll li sar reċidiv. L-Avukat tal-akkużat, Joe Giglio ma talabx għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-gravita’ tal-każ filwaqt li l-Qorti ordnat lill-Prosekuzzjoni biex ittella’ lix-xhieda mportanti malajr kemm jista’ jkun. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roberto Said Sarreo.
//= $special ?>