Internazzjonali

Ritratti: Membri tal-familja tal-Papa jitilfu ħajjithom f’inċident tat-traffiku

Tliet membri tal-familja tal-Papa Franġisku mietu wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fl-Arġentina. Il-Pulizija lokali spjegaw li l-inċident seħħ fis-sigħat bekrin ta’ filgħodu fil-highway ta’ Rosario-Córdoba, li tinsab madwar 550km ‘il barra minn Buenos Aires.

In-neputi tal-Papa, Emanuel Horacio Bergoglio, kien qed isuq il-vettura tiegħu, akkumpanjat minn martu Valeria Carmona u ż-żewġ uliedhom Jose u Antonio. Filwaqt li l-mara u ż-żewġt itfal tilfu ħajjithom fil-post, Emanuel Horacio ttieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn kien iċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni kritika.

Rapporti fil-media lokali qed jgħidu li l-vettura li kienu fiha l-familja Bergoglio ħabtet ma’ trakk li kien qed jinstaq quddiemhom. Huma kienu fi triqthom lejn Buenos Aires fi tmiem vaganza qasira ta’ ftit jiem. Kelliem għall-Vatikan qal li l-Papa jinsab dispjaċut wara dak li seħħ u talab lill-fidili biex jingħaqdu miegħu fit-talb.

  
(Ritratti fuq: It-tliet vittmi | Ritratt xellug: Il-vettura wara l-impatt | Ritratt lemin: Il-koppja Bergoglio)