Lokali

Telfa għal Milan kontra Valencia

Tard il-Ħadd filgħaxija Valencia għelbu lil Milan 2-1 f’logħba ta’ ħbiberija. Din kienet l-aħħar logħba tal-preseason għal Valencia qabel ma dawn jibdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat. Minkejja li Milan iddominaw fil-bidu kienu Valencia li skurjaw l-ewwel meta Alcacer approfitta minn pass żbaljat tad-difensur Zapata u minn kważi nofs il-grawnd qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper il-ġdid ta’ Milan Lopez li inqabad barra minn postu. Honda ġab id-draw gsħal Milan 10 minuta wara minn free kick imma seba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Ispanjoli reġgħu marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Rodrigo.

Riżultati
Premiership
Burnley v Chelsea
Tazza Ġermaniża – I Rd
Cottbus v Hamburg
Heidenheim v Union Berlin
Kick. Offenbach v Ingolstadt
D. Dresden v Schalke 04