Mhux l-ewwel darba li tara lil min ikollu l-handbag miftuħ waqt li jkun qed jistenna f’xi kju. Forsi ħafna jaħsbu li dan ma fih xejn ħażin, madankollu, mhux l-istess qalet il-mara li tidher fil-filmat ta’ hawn taħt. Dan hekk kif il-mara kienet qed tistenna fil-kju ta’ ristorant tal-fast food f’Manila, fil-Filippini.
Meta nnutaw li l-mara kellha l-handbag miftuħ u hi kellha f’idejha lil binha, tliet nisa daru madwarha bi scarf f’idejhom, qishom biex jagħtu x-xena tar-reat. B’ħeffa liema bħalha, ir-raba’ memru tal-grupp daħħlet idha fil-handbag u serqet il-portafoll tal-vittma. Hi ħarbet immedjatament mix-xena qabel ma l-mara laħqet indunat x’ġara.
Bil-vittma għadha maħsuda b’dak li ġara, it-tliet nisa kompliċi ħbew immedjatament l-iscarf tagħhom u anke huma żgiċċaw mill-post.
Fortunatament, dan kollu nqabad minn filmati miġbuda minn cameras tas-sigurtà. Appena l-vittma għamlet rapport mat-tmexxija tar-ristorant, dan il-filmat ingħadda lill-Pulizija li qed ifittxu lill-membri nvoluti f’dawn is-sensiela ta’ serqiet.
//= $special ?>