Futbol Sport

Il-FIFA ma tilqax l-appell ta’ Barcelona

La darba jagħlaq il-perjodu tas-suq ta’ trasferimenti tas-sajf, Barcelona mhux se jkunu jistgħu jakkwistaw plejers sa Jannar tal-2016. Dan wara li l-FIFA ma laqatx l-appell tal-klabb Katalan mid-deċiżjoni li kienet ittieħdet xhur ilu. Barcelona kienu ġew ipprojbiti milli jakkwistaw plejers għal 14-il xahar wara li kienu kisur regoli ta’ trasferimenti ta’ plejers internazzjonali ta’ taħt it-18-il sena. Huma kienu appellaw mid-deċiżjoni u b’hekk, dan is-sajf setgħu jibqgħu jixtru plejers regolarment sakemm kienu qed jistennew deċiżjoni finali minn naħa tal-FIFA. Fost plejers li akkwistaw Barcelona dan is-sajf dawn xtraw lill-attakkant ta’ Liverpool Luis Suarez.

Barcelona fadlilhom sal-31 ta’ Awwissu ta’ din is-sena biex jakkwistaw xi plejers oħra.

L-aħħar ċans għal Barcelona issa hu li jressqu l-appell quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS).