Iċ-champion tal-US Open Rafael Nadal mhux se jkun qed jiddefendi t-titlu li rebaħ sena ilu wara li ħabbar li mhux se jikkompeti minħabba li mhux se jkun laħaq irkupra minn injury fil-polz. Nadal, it-tennista numru tnejn fid-dinja sofra l-injury fid-29 ta’ Lulju u minħabba f’hekk ma ħax sehem f’turnaments f’Toronto u f’Cincinnati. Il-US Open jibda nhar it-Tnejn li ġej u għall-organizzaturi żgur li din se tkun aħbar ħażina.
Intant, Novak Djokovic se jkun is-seed numru 1 f’dan l-aħħar Grand Slam tas-sena filwaqt li Roger Federer se jkun is-seed numru tnejn. Ġimgħa ilu Federer rebaħ il-Masters ta’ Cincinnati filwaqt li t-tielet seed se jkun Stanislas Wawrinka. Dan tal-aħħar f’Jannar li għadda rebaħ l-Open Awstraljan meta dakinhar, kontra kull mistenni kien għeleb lil Nadal. Andy Murray se jkun it-tmien seed. Wara li sena ilu rebaħ l-Open ta’ Wimbledon Murray ma tantx kellu wirjiet daqstant pożittivi u ma rebaħ l-ebda turnament minn dakinhar ‘l hawn.
L-ewwel 16-il seed tal-irġiel: Novak Djokovic, 2) Roger Federer, 3) Stanislas Wawrinka, 4) David Ferrer, 5) Milos Raonic, 6) Tomas Berdych, 7) Grigor Dimitrov, 8) Andy Murray, 9) Jo-Wilfried Tsonga, 10) Kei Nishikori, 11) Ernests Gulbis, 12) Richard Gasquet, 13) John Isner, 14) Marin Cilic, 15) Fabio Fognini, 16) Tommy Robredo.
//= $special ?>

