Il-Partit Nazzjonalista għandu fiduċja fit-talent tal-poplu Malti. Għalhekk filwaqt li se jerġa’ jorganizza il-Konkors Kanzunetta Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana, din is-sena se jorganizza wkoll konkors għal tfal u żgħażagħ bl-isem KKI Junior. Dan il-konkors se jiftaħ il-Festi tal-Indipendenza fis-16 ta’ Settembru li gej u fih se jiehdu sehem kantanti ta’ bejn it-8 u l-15-il sena.
Dwar din l-inizjattiva gdida, dan l-istazzjon tkellem mac-Chairperson tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza, Claudette Buttigieg.
//= $special ?>

