It-Taqsima Servizzi tas-Saħħa tal-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) ingħatat konferma uffiċjali mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xoghol, li tgawdi mill-maġġoranza tal-Ħaddiema tal-Gvern fil-grad ta’ Paramedic Aide msieħba fi ħdan il-UĦM. Fix-xhur li għaddew, it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa tal-UĦM kisbet ukoll rikonxximent ewlieni fid-Dental Surgery Assistants u fil-Pharmacy Technicians.
Is-Segretarju tat-Taqsima Gian Paul Gauci stqarr li dan ir-riżultat hu wieħed ta’ sodisfazzjon. Sostna li fil-jiem li ġejjin, it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa se tkompli l-ħidma tagħha bil-għan li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema jiġu mtejjba.
Fi stqarrija, il-UĦM irringrazzjat lill-kumitat li jirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema għall-ħidma tagħhom favur il-Paramadic Aides. Il-Union esprimiet ukoll is-sodisfazzjon tagħha li l-ħaddiema għażlu li jagħtuha l-fiduċja bil-għan li tissalvagwardjalhom u ttejbilhom il-kundizzjonijet tax-xogħol tagħhom.
//= $special ?>